25/03/2026
Il-kuġina l-kbira tiegħi - 𝐀 𝐍 𝐀 𝐁 𝐄 𝐋 ❤️
Il-familja tagħna tilfet lill-għażiża Anabel kmieni lbieraħ filgħodu fl-età ta' 46 sena 💔 Filwaqt li għandna sens ta' toqol u niket kbir, inħossuna grati għall-ħajja kwieta u eżemplari li qasmet magħna Anabel. Fit- tbatija tagħha, xorta kienet tagħmel minn kollox biex tarana flimkien u magħqudin🙏
Anabel, int ma kontx tinsa birthday jew anniversarju ta' xi wieħed u waħda minna. Bil-mod ħelu tiegħek kont tawguralna u tagħtina l-isbaħ xewqat mill-qalb. Issa aħna nwegħduk li se nżommuk f’qalbna u f’moħħna dejjem, mhux fl-anniversarji biss.
Bil-qalb ninġabru bħala familja waħda flimkien mal-ħbieb u l-kollegi li tant iħobbu lil Anabel, sabiex niċċelebraw il-ħajja qasira imma speċjali tagħha u nsellmulha kif jixraq, għada 𝗹-Ħ𝗮𝗺𝗶𝘀, 𝟮𝟲 𝘁𝗮' 𝗠𝗮𝗿𝘇𝘂, 𝗳𝗶𝘁-𝟯.𝟯𝟬𝗽𝗺, 𝗳𝗶𝗹-𝗞𝗻𝗶𝘀𝗷𝗮 𝗣𝗮𝗿𝗿𝗼𝗸𝗸𝗷𝗮𝗹𝗶 𝘁𝗮' Ħ𝗮𝘇̇-𝗭̇𝗲𝗯𝗯𝘂𝗴̇ ⛪
Strieħ fis-sliem, għażiża tagħna 🕊️