14/01/2026
🇲🇹 Ejja nitkellmu…💬
Wara l-festi u l-gost, agħmel għażliet għaqlin: Agħmel it-test għall-STIs/HIV
Għandek tittestja għall-STIs mhux biss meta jkun hemm xi sintomi. L-ittestjar huwa prattika għaqlija u responsabbli li għandek teħodha bħala drawwa jekk inti sesswalment attiv. Kemm jekk qed tibda relazzjoni esklussiva ġdida, kellek sess mhux protett ma’ sieħeb/sieħba ġdid/a, stajt kont espost għal STI/HIV, kont f’kuntatt ma’ xi ħadd li dan l-aħħar ġie djanjostikat b’STI/HIV, qsamt tagħmir
għall-użu tad-droga, jew trid skrinjar ta’ rutina. Li tagħmel test huwa essenzjali għas-saħħa tiegħek u għal saħħet ħaddieħor.
🧪Tipi ta’ testijiet għall-STIs*:
- Swabs
- Testijiet tal-awrina
- Testijiet tad-demm
- Eżami fiżiku
- Point-of-Care Testing (POCT) isir fi klinika u kapaċi jidentifika l-HIV kmieni (6–8 ġimgħat wara esponiment potenzjali). Ir-riżultati joħorġu f’madwar 20 minuta
- Kits għall-awtotestjar tal-HIV (HIV self-test kits) isir id-dar u għal riżultati preċiżi, idealment tistenna 12-il ġimgħa wara esponiment potenzjali għall-HIV biex tagħmlu. Ir-riżultati joħorġu f’madwar kwarta. Dawn il-kits huma disponibbli fl-ispiżeriji lokali u f’ċerti NGOs. Ikun aħjar jekk it-test isir ma’ ħabib/a li tafda bħala sors ta’ appoġġ. Riżultati pożittivi jeħtieġu konferma mill-GU Clinic.
Biex tittestja għall-STIs ikkuntattja:
📞Health & Wellbeing Clinic: 21231 231
📞GU Clinic: 2545 7491/4
Għal aktar informazzjoni dwar l-STIs:
🌐Żur s*xualhealth.gov.mt
📧E-mail: s*xualhealthmalta.hpdp@gov.mt
🇬🇧 Let’s talk . . . 💬
After the festive fun, play smart: Get tested for STIs/HIV
STI testing is not just for when symptoms appear — it’s a wise and responsible habit for anyone s*xually active. Whether you’re beginning a new exclusive relationship, have had unprotected s*x with a new partner, may have been exposed to an STI/HIV, have been in contact with someone recently diagnosed with an STI/HIV, have shared drug-use equipment, or want routine screening. Getting tested is essential for your health and the health of others.
🧪Types of STI tests*:
- Swabs
- Urine tests
- Blood tests
- Physical examination
- Point-of-Care Testing (POCT) is offered at clinics, can detect HIV early (6-8 weeks after possible exposure), and gives results in 20 minutes.
- HIV self-test kits are home-based and are to be used 12 weeks after potential HIV exposure. Results take 15 minutes, and they are available at local pharmacies and some NGOs. Ideally, they are done with a trusted friend for support. Positive results need to be confirmed at the GU Clinic.
For STIs testing contact:
📞Health & Wellbeing Clinic: 21231 231
📞GU Clinic: 2545 7491/4
For more information on STIs:
🌐Visit s*xualhealth.gov.mt
📧E-mail: s*xualhealthmalta.hpdp@gov.mt