The BodyForge Human Performance Institute

The BodyForge Human Performance Institute We change lives. One rep at a time.

Kemm ikolli aptit INĦABBAT RASI MAL-ĦAJT meta nisma' affarijiet bħal dawn.“Għandi l-pressjoni ta’ imma ikkontrollata bil...
15/04/2026

Kemm ikolli aptit INĦABBAT RASI MAL-ĦAJT meta nisma' affarijiet bħal dawn.

“Għandi l-pressjoni ta’ imma ikkontrollata bil-mediċina.”

“Il-fwied kien marid ta’ imma qed nieħu l-pinuri u qiegħed sewwa issa.”

“Dahri juġgħani imma nieħu ta’ l-uġiegħ u jgħaddili.”

Imma possibbli għadkom ma tgħallimtux li l-mediċina MA TFEJJAQX?

Kull ma tagħmel hu li TITTRATTA S-SINTOMI.

Iġifieri m’inti qed issolvi XEJN biha.

M’għandek XEJN ikkontrollat, m’għandekx XEJN irranġat u m’għandek XEJN qiegħed sewwa.

Għax kull m’għamilt ĦBEJT il-problema minflok IRRANĠAJTHA.

Għandek is-sadid u għattejtu b’lagħqa żebgħa.

Minflok rajt kif għamilt u xkattlajtu ħa tneħħih minn hemm.

Jekk trid tirranġa l-affarijiet ta’ vera GĦAMILHOM SEWWA.

Qumu minn hemm u EJJA ĦA NAĦDMU.

Ħafna drabi fil-ħajja, ngħaddu minn esperjenzi u sitwazzjonijiet li tant ikunu normali u ta’ kulljum, li anqas biss nagħ...
14/04/2026

Ħafna drabi fil-ħajja, ngħaddu minn esperjenzi u sitwazzjonijiet li tant ikunu normali u ta’ kulljum, li anqas biss nagħtu kashom.

Affarijiet żgħar u sempliċi bħal ċajta ma’ persuna li tħobb, tgħanniqa minn għand it-tfal, jew diskursata żgħira bi tbissima mal-ġenituri.

Affarijiet żgħar u sempliċi dawn hux vera?

U taf meta tinduna kemm kienu mportanti u sbieħ?

META TITLIFHOM.

U ma jerġgħux jiġu lura.

Isimgħu minni u apprezzaw dawk l-affarijiet iż-żgħar KOLLHA li għandkom f’ħajjitkom ILLUM.

Għax il-quddiem TIBKIHOM meta ma ssibhomx.

Qumu minn hemm u EJJA ĦA NTAJJRU N-NAR.

IS-SEMPLIĊITÀ m’hawnx isbaħ minnha.Imma tant dawwarna il-ħajja moderna b’komplikazzjonijiet GĦALXEJN, li llum is-sempliċ...
13/04/2026

IS-SEMPLIĊITÀ m’hawnx isbaħ minnha.

Imma tant dawwarna il-ħajja moderna b’komplikazzjonijiet GĦALXEJN, li llum is-sempliċità saret diffiċli ħafna biex issibha.

U vera dnub mejjet għax il-kuntentizza ġenwina HEMMHEKK qiegħda.

F’affarijiet żgħar, bla stress, mingħajr inkwiet u neqsin mill-paroli żejjed.

L-aħbar it-tajba hi li JEKK TRID INT, is-sempliċità tista' toħloqha u tgawdiha XORTA.

Mela, ħallikom mit-tidwir u l-kutrumbajsi fil-vojt.

Ibdew minn issa dik it-triq id-diffiċli li tneħħu l-komplikazzjonijiet iż-żejda minn ħajjitkom.

FIS-SEMPLIĊITÀ HEMM IL-ĠENNA.

Qumu minn hemm u EJJA ĦA NAĦDMU.

12/04/2026

Illum imiss nkellemkom fuq IL-MORLITI.

Għax dak l-uġiegħ fit-toqba fejn ma tiddix ix-xemx KOMUNI WISQ f’Għawdex u f’Malta.

U llum nixtieq intikom rimedju naturali BOMBA biex dawk il-morliti u d-dwejjaq tagħhom nisparixxuhom.

Mela, jekk għandek il-morliti u trid TEĦLES MINNHOM, spara minn fejn int u EJJA L’HAWN ISSA.

Tħalluhomx jitnejjku bikom iżjed.L-industrija tal-kożmetika qiegħda hemm BISS biex tbellgħalek il-prodotti tagħha.Mhux b...
12/04/2026

Tħalluhomx jitnejjku bikom iżjed.

L-industrija tal-kożmetika qiegħda hemm BISS biex tbellgħalek il-prodotti tagħha.

Mhux biex iġġibek b'saħħtek u tieħu ħsiebek.

U l-istorja turina li lesta TIGDIBLEK, TAĦBILEK U TITNEJJEK BIK biex tilħaq dan l-għan.

Għax hemm biżibilju ta’ prodotti fis-suq li jagħmlu ħsara kbira.

Li int qed tixtrihom u tużahom u anqas ideja m’għandek ta’ kemm qed ikissruk u jmarrduk minn ġewwa.

Per eżempju, fl-2019, studju minn National Institutes of Health li sar fuq 46,709 mara wera kif dawk in-nisa li jużaw permanent hair dyes u chemical hair straighteners għandhom riskju ferm għola li jiżviluppaw kanċer tas-sider, sa anke 60%.

Dan ġej minn żewġ tipi ta’ kimiċi li jinsabu f’dawn il-prodotti:

Endocrine-Disrupting Compounds (EDCs): li jagħmlu ħsara fl-ormoni tal-ġisem, u

Carcinogens: li jagħmlu ħsara direttament fid-DNA u fiċ-ċelluli

U tinsewx li dawn il-kimiċi jinsabu f’ħafna prodotti oħra tal-kożmetika komuni.

Għamlu r-riċerka tagħkom SEWWA qabel ma tużaw xi ħaġa li tipprovdi bidla temporanja u artifiċjali abbinata ma’ ħsara għal dejjem.

Kemm hu aħjar “UFF!” illum milli “AĦĦ!” għada.

Qumu minn hemm u EJJA ĦA NTAJJRU N-NAR.

Taf min hu l-aktar għadu qalil tiegħek?Dik il-persuna li tara fil-mera.Għax INT BISS tikkontrolla l-andament ta’ ħajtek....
11/04/2026

Taf min hu l-aktar għadu qalil tiegħek?

Dik il-persuna li tara fil-mera.

Għax INT BISS tikkontrolla l-andament ta’ ħajtek.

INT BISS tista' tkisser lilek innifsek.

INT BISS tista' twaqqaf lilek innifsek milli jkollok suċċess.

U bl-istess mod, int BISS tista' tirbaħ dawk il-battalji nterni tiegħek biex tasal fejn jistħoqqlok f’ħajtek.

Mela, għandek għażla.

Se tkun l-agħar għadu tiegħek innifsek?

Jew se temmen fik innifsek u tagħmel li hemm bżonn tagħmel?

Għamel deċiżjoni GĦAQLIJA.

U jekk tixtieq l-għajnuna, JIEN HAWN QIEGĦED.

Qum minn hemm u EJJA ĦA NAĦDMU.

QATT ma tkun problema ta’ ħin.Għax il-ġurnata 24 siegħa għal KULLĦADD fiha.Il-verità taf x’inhi?PRIJORITAJIET ĦŻIENA.U T...
10/04/2026

QATT ma tkun problema ta’ ħin.

Għax il-ġurnata 24 siegħa għal KULLĦADD fiha.

Il-verità taf x’inhi?

PRIJORITAJIET ĦŻIENA.

U TQASSIM ĦAŻIN TA’ ĦIN.

U jekk l-ewwel prijorità tiegħek mhux saħħtek, ibqa' ċert li z-zalza se tiġik għola mill-ħuta.

Għax dak li mingħalik qed tiffranka llum ħa tħallsu QARES għada.

Ħallik minn nejk.

Qum minn hemm u EJJA ĦA NTAJJRU N-NAR.

Kemm hawn joqgħodu jistennew li l-affarijiet ikunu PERFETTI biex jagħmlu xi ħaġa.U dawn huma l-aktar nies li qatt ma jir...
09/04/2026

Kemm hawn joqgħodu jistennew li l-affarijiet ikunu PERFETTI biex jagħmlu xi ħaġa.

U dawn huma l-aktar nies li qatt ma jirnexxielhom jagħmlu XEJN.

Għax il-perfezzjoni L-GĦADU ta’ l-azzjoni.

Jekk toqgħod tistenna li kollox ikun eżatt, QATT m’int se jirnexxielek tieħu azzjoni.

M’hemmx bżonn ikun kollox perfett biex tagħmel li hemm bżonn tagħmel.

Għax jekk tagħmel l-affarijiet sew, ħa tasal ħafna aktar milli meta toqgħod tistenna li kollox ikun impitter.

Midd idejk ILLUM.

Qumu minn hemm u EJJA ĦA NAĦDMU.

08/04/2026

Tħalluhomx jitnejjku bikom iżjed

Waqt li ħaddieħor jgħidlek ħudu fil-moderazzjoni, jien ma nistax ngħidilkom biżżejjed affarijiet ĦŻIENA fuq iz-zokkor.

U min jgħidlek “U naqra x’se tagħmillek?” assolutament M’GĦANDUX IDEJA x’qed jgħid.

Għax anke nitfa tagħmillek ĦSARA KBIRA.

=====================

Jekk trid tara l-video kollu:

https://www.facebook.com/TheBodyForge/videos/282375458204663/

Anqas l-iċken dubju fuq dil-ħaġa.Għax rajtha tigri ELF DARBA.Illum titraskura għax mingħalik jgħaddi kollox.U kif jaqbde...
08/04/2026

Anqas l-iċken dubju fuq dil-ħaġa.

Għax rajtha tigri ELF DARBA.

Illum titraskura għax mingħalik jgħaddi kollox.

U kif jaqbdek xi ħaġa, taf x’fatt iddaħħal denbek bejn saqajk u TMURLEK L-ARJA.

U tinduna li mill-lista twila ta’ problemi li MINGĦALIK kellek, WAĦDA biss kien hemm li tgħodd.

Isimgħu minni u ħudu ħsieb saħħitkom ILLUM.

BIL-FORS U BIS-SALVAĠĠ.

Qumu minn hemm u EJJA ĦA NAĦDMU.

Pass wieħed.Kulljum.Dak biss trid tagħmel.Għax pass wieħed b’xi mod jew ieħor isir.Ma jaqtgħalekx qalbek.U pass wieħed g...
07/04/2026

Pass wieħed.

Kulljum.

Dak biss trid tagħmel.

Għax pass wieħed b’xi mod jew ieħor isir.

Ma jaqtgħalekx qalbek.

U pass wieħed għandu ċans akbar ta’ suċċess.

Mela ħallik mill-pjanijiet il-kbar.

Ejja nagħmlu pass wieħed il-quddiem flimkien.

Qumu minn hemm u EJJA ĦA NAĦDMU.

Ħa ngħidilkom verità li FTIT issibu min jgħidielkom. Il-problemi jiġu biex JGĦINUNA.Mhux biex ITELLFUNA.Għax fil-waqt li...
06/04/2026

Ħa ngħidilkom verità li FTIT issibu min jgħidielkom.

Il-problemi jiġu biex JGĦINUNA.

Mhux biex ITELLFUNA.

Għax fil-waqt li fil-wiċċ int dil-problema taraha bħala NTOPP, il-fatt hu li dik OPPORTUNITA.

Ġiet biex int tieqaf, taħseb, titgħallem u tagħmel deċiżjonijiet iktar għaqlin.

U jekk int tagħmel hekk, ma jkollokx problema oħra MĠIDDMA f’ħajtek.

Il-problemi tal-ħajja mmaginhom skalluni li jekk titlagħhom waħda waħda, se jwassluk f’post aħjar f’ħajtek.

Mela qum minn hemm u EJJA ĦA NAQILBU KULL M’HAWN.

Address

The BodyForge Human Performance Institute, Triq Sannat
Sannat
SNT9021

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when The BodyForge Human Performance Institute posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Practice

Send a message to The BodyForge Human Performance Institute:

Share

WE BELIEVE IN YOU

And that’s the fundamental reason why we are different. Because you are real to us. You have a story. You have dreams, goals and aspirations. And we want to listen to them. Because we believe in you. More than you believe in yourself. And we will make things happen together. It’s time to get you what is yours. Believe it. Want it. Earn it.