St Michael School

St Michael School St. Michael School (Cannon Road, Sta. Venera, MALTA) OFFICIAL PAGE Thus, Christ the Teacher is our model on whom we cast our behaviour and all our activities.

St Michael School strives to receive its students with the same healing and teaching attitude that Jesus showed towards all those who befriended him. Inspired by the call received by St George Preca, St Michael School lives a particular spirituality where the virtues of humility and meekness are the prevalent attitudes that guide us. At St Michael we work through our daily routine with the knowled

ge that we are constantly nourished by the presence of God and strengthened by the protection of St Michael the Archangel. To provide a holistic education, we endeavour to form an educational environment which encourages the student to develop new talent and obtain the necessary knowledge that empowers him to live up to his potential.

Bejn it-Tlieta 28 u l-Ħamis 30 ta' April, saret żjara minn grupp ta' studenti u għalliema mill-iskola sekondarja Françoi...
04/05/2026

Bejn it-Tlieta 28 u l-Ħamis 30 ta' April, saret żjara minn grupp ta' studenti u għalliema mill-iskola sekondarja François Raspail f'Carpentras ġewwa Franza. Fl-iskola tagħna, huma kellhom diversi attivitajiet. Parti minn din iż-żjara kienet ukoll tikkonsisti fi preżentazzjoni ta' proġett dwar għaxar personalitajiet Franċiżi. L-istudenti tal-10 sena li jistudjaw il-Franċiż ħadu sehem f'dawn l-attivitajiet ukoll. Fl-aħħar ġurnata saret ukoll żjara f'Għawdex. Nirringrazzjaw lill-istaff u lill-istudenti kollha li kienu nvoluti f'din l-esperjenza.

Stedina għal kulħadd, speċjalment għall-istudenti u l-familjari tagħhom...
01/05/2026

Stedina għal kulħadd, speċjalment għall-istudenti u l-familjari tagħhom...

Nhar it-Tlieta 28 ta' April l-istudenti Nathanael Micallef u Miguel Farrugia tad-9 sena kellhom l-opportunità li jirrapp...
30/04/2026

Nhar it-Tlieta 28 ta' April l-istudenti Nathanael Micallef u Miguel Farrugia tad-9 sena kellhom l-opportunità li jirrappreżentaw lill-Iskola St Michael f’Maths Venture, attività annwali organizzata mid-Dipartiment tal-Matematika tal-Istat.
L-attività saret fil-Ġonna Ċiniżi f’Santa Luċija. Matul din l-attività, l-istudenti tqassmu f’gruppi ta’ erbgħa u użaw applikazzjoni online biex isibu u jwieġbu mistoqsijiet relatati ma’ diversi oġġetti u disinji li jinsabu madwar il-ġnien.
Din l-esperjenza ħeġġet lill-istudenti jiddiskutu u japplikaw il-matematika waqt li jikkollaboraw ma’ sħabhom minn skejjel differenti. Tat ukoll opportunità siewja lill-istudenti biex jissoċjalizzaw, jesprimu l-ideat tagħhom b’kunfidenza, u jgawdu l-proċess tat-tagħlim aktar milli jiffukaw biss fuq ir-riżultati jew il-kompetizzjoni. Fl-aħħar mill-aħħar, huwa l-proċess tat-tagħlim li jgħin lill-individwi jikbru u jsiru aktar b’saħħithom. Dan iservi bħala lezzjoni importanti fil-ħajja, li tfakkar lill-istudenti biex jaraw kull esperjenza bħala opportunità għall-iżvilupp personali.
Prosit lil Nathanael u Miguel u grazzi lil Ms Stephanies Borg li akkumpanjathom.

It-Tlieta 28 t'April saret iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet u ċertifikati lill-istudenti li ħadu sehem fil-German S...
30/04/2026

It-Tlieta 28 t'April saret iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet u ċertifikati lill-istudenti li ħadu sehem fil-German Speaking Championship 2025/6. L-istudenti li jitgħallmu l-Ġermaniż li xtaqu jieħdu sehem fil-kompetizzjoni , attendew għal din iċ-ċerimonja li saret fil-Middle School tar-Rabat. Nifirħu lil Andrea Grixti mill-Year 10, Kyrone Zammit u Isaac Cassar mill-Year 8 li ġew shortlisted mal-aqwa 10 mill-iskejjel ta' Malta. Nifirħu lil Julian Scerri mill-Year 7 li kklassifika fit-3 post mill-iskejjel kollha ta' Malta. Nifirħu wkoll lil Carl Thorne, Aidan Farrugia u Wayne Vella tal-Year 10, Ziad Ellafi u Jeremy Bonnici tal-Year 9 u Kelvin Vella tal-Year 8 għall-parteċipazzjoni tagħhom. Grazzi wkoll lis-Sur Parascandalo li akkumpanjahom tul din is-sena u lis-Sur Azzopardi li kien preżenti wkoll waqt din iċ-ċerimonja.

Nhar it-Tnejn 27 ta’ April, il-grupp tal-Arti tad-9 Sena żaru l-workshop ta' GlassXpressions ġewwa Birkirkara.L-istudent...
30/04/2026

Nhar it-Tnejn 27 ta’ April, il-grupp tal-Arti tad-9 Sena żaru l-workshop ta' GlassXpressions ġewwa Birkirkara.

L-istudenti kellhom l-opportunità jaħdmu l-proċess magħruf bħala fused glass.

Nirringrazzjaw lil Ms Laura Cachia talli organizzat din l-attività u anke Ms Petrann Montebello talli flimkien akkumpanjaw lill-grupp.

Nhar il-Ħamis 23 ta' April, l-istudenti u l-istaff tal-BeeSmart Kindergarden għamlu żjara fl-iskola tagħna bħala parti m...
29/04/2026

Nhar il-Ħamis 23 ta' April, l-istudenti u l-istaff tal-BeeSmart Kindergarden għamlu żjara fl-iskola tagħna bħala parti mill-attivitajiet ta' Earth Day. L-istudenti tal-kumitat tal-EkoSkola laqgħuhom fil-ġnien u ġew ippreżentati b'donazzjoni sabiex jitħawwlu iktar siġar fl-iskola tagħna. Wara, l-istudenti ċkejknin għamlu sessjoni ta' qari u kant fil-ġnien tal-iskola.

Nhar il-Ġimgħa 24 ta' April, tliet studenti mill-iskola tagħna ħadu sehem fl-għeluq tal-Globe Malta Air Quality Campaign...
29/04/2026

Nhar il-Ġimgħa 24 ta' April, tliet studenti mill-iskola tagħna ħadu sehem fl-għeluq tal-Globe Malta Air Quality Campaign. Din kienet it-tielet darba li l-iskola tagħna ħadet sehem u kienet parti minn proġett pilota li sar ma skola f'Għawdex. F'din l-edizzjoni, ħadu sehem 15 -il skola. L-istudenti kienu jimpenjaw ruħhom sabiex kuljum jieħdu nota tat-temp, jgħoddu karozzi u jintraċċaw trabijiet fl-arja permezz ta' apparat mgħoti mill-ERA. Nirringrazzjaw lill-istudenti tal-kumitat tal-EkoSkola, lis-Sur Savona u lil Ms Edwards tal-impenn tagħhom.

Nhar il-Ġimgħa 24 ta' April, kompla t-tfassil tal-pjan tal-ħidma għas-sena akkademika 2026-2027.  L-istaff ħadem fi grup...
29/04/2026

Nhar il-Ġimgħa 24 ta' April, kompla t-tfassil tal-pjan tal-ħidma għas-sena akkademika 2026-2027. L-istaff ħadem fi gruppi sabiex ifassal ideat li aktar t**d jissawwru fl-iSchool Development Plan għas-sena d-dieħla. Nirringrazzjaw lill-edukaturi kollha għas-sehem tagħhom.

Illum fuq inizjattiva tal-Kunsill tal-Istudenti, fl-iskola tagħna iċċelebrajna Earth Day. Din l-inizjattiva li bdiet fl-...
22/04/2026

Illum fuq inizjattiva tal-Kunsill tal-Istudenti, fl-iskola tagħna iċċelebrajna Earth Day. Din l-inizjattiva li bdiet fl-1970 bl-intenzjoni li tkabbar l-għarfien dwar il-protezzjoni tal-ambjent u t-tibdil fil-klima. L-istudenti tagħna kienu mistiedna sabiex jilbsu flokk aħdar. Waqt il-communication time, l-istudenti raw preżentazzjoni u filmat maħdum mill-Kunsill tal-Istudenti. Wara pparteċipaw fi kwizz qasir ippreparat u mmexxi mill-istess studenti. Nirringrazzjaw lill-Kunsill tal-Istudenti flimkien mal-għalliema talli ogranizzaw din l-inizjattiva.

Ilbieraħ, 20 ta’ April, l-istudenti tat-8ien sena esperjenzaw ix-xjenza b’mod prattiku fil-Buskett. L-istudenti identifi...
21/04/2026

Ilbieraħ, 20 ta’ April, l-istudenti tat-8ien sena esperjenzaw ix-xjenza b’mod prattiku fil-Buskett. L-istudenti identifikaw siġar indiġeni bħall-Ballut u ż-Żnuber, kif ukoll siġar aljeni, u esploraw il-bijodiversità tal-ġonna tagħna mill-viċin permezz tal-quadrats. L-istudenti kellhom iċ-ċans ikejlu t-temperatura u r-riħ, jagħmlu ‘leaf rubbings’ u jagħmlu ħin fis-silenzju biex japprezzaw il-ħsejjes tan-natura. Jum mill-isbaħ fejn kellhom ukoll ix-xorti li jaraw xi żrinġ!

Il-Ħamis 16 ta’ April, l-istudenti tal-klassi 10 Hope marru għal żjara edukattiva ġewwa l-Esplora. L-istudenti ħadu sehe...
21/04/2026

Il-Ħamis 16 ta’ April, l-istudenti tal-klassi 10 Hope marru għal żjara edukattiva ġewwa l-Esplora. L-istudenti ħadu sehem fil-workshop ‘The Fast and The Physics’, fejn tgħallmu dwar is-sigurtà fit-triq u fil-karozzi. Il-workshop inkluda attività fejn l-istudenti inqasmu fi gruppi u bnew karozza żgħira li ġiet ittestjata b’bajda fiha biex jaraw tinkisirx. Tajjeb ngħidu li kull bajda baqgħet sħiħa. Wara, l-istudenti kellhom iċ-ċans iduru l-esebizzjonijiet li kien hemm. Nirringrazzjaw lis-Sur Mangion, lis-Sur Axisa u lil Ms Claire li akkumpanjaw lill-istudenti.

Bi pjaċir inħabbru li l-kitba bil-Malti ta’ Kyrone Zammit għamlitha fl-ewwel post fil-kompetizzjoni ‘We Have a Dream: A ...
17/04/2026

Bi pjaċir inħabbru li l-kitba bil-Malti ta’ Kyrone Zammit għamlitha fl-ewwel post fil-kompetizzjoni ‘We Have a Dream: A Future Without Violence’. Kompetizzjoni li kienet organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi flimkien mal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza bbażata fuq il-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika.

Kyrone li huwa student tat-8 Sena, kien mistieden għal din iċ-ċerimonja fejn ingħata ċertifikat kif ukoll premju għall-kisba tiegħu. Nirringrazzjaw lis-Sa Laura Cachia talli tieħu ħsieb il-kompetizzjonijiet tal-iskola.

Address

Cannon Road
Santa Venera
SVR9030

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when St Michael School posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Share