Ghost Walks Malta

Ghost Walks Malta Charmaine Bugeja, licensed Tour Guide & History Graduate, pioneer in Histo-Mystery Walks since 2008.

22/01/2026
20/01/2026

Il-jum it-tajjeb.
Kien hemm mara li bkiet ħafna bil-biża’ u b’sogħba għax bla ma riedet qatlet serp iswed u xiħ. Dak iż-żmien kienu jemmnu li kull dar kellha serp iswed iħarisha. Jekk toqtlu tkun qed toqtol il-’ħares’ u ġġib traġedji fuq kull min jgħix f’dik id-dar. Malli jidħlu f’dar ġdida kienu jsajru platt qamħ u dqiq fl-ilma safi bla melħ biex joħroġ jieklu s-serp l-iswed u xiħ moħbi f’xi rokna fid-dar.

Mikiel Anton Vassalli jgħid li ra lil din il-mara tibki huwa stess, snin qabel, biex jispjega xi tfisser il-kelma “ħares” u minn fejn ġejja fil-’Ktyb Yl Klym Malti’ li ħareġ Ruma fl-1796 (‘Lexicon’ SKS – Marsa Press - 2002). Jgħid li l-Knisja kienet qed tagħmel minn kollox biex teqred superstizzjonijiet bħal dik.

Minn ‘ħaris’ għal ‘fatato’

Għal spirtu li jħares id-dar u l-familja ta’ ġo fiha l-Għarab jgħidu حارِس (ħāris). Iżda maż-żmien il-ħares sar ifisser ukoll spirtu li jidher u li n-nies jibżgħu minnu. Maż-żmien ukoll il-Malti beda jgħid “fatat’ mit-Taljan “fatato”.

Fost l-ewwel stejjer ta’ fatati f’pajjiżna niltaqgħu ma’ mara li kienet kienet tħobb lil ċertu kaptan Sqalli-Aragoniż de Nava li l-familja tiegħu waslet hawn madwar 600 sena ilu. Ma baqgħetx taċċetta li l-kaptan jistmaha inqas mill-mara tiegħu.

Biex ma ddejqux iżjed ordna lis-suldati tiegħu biex ikeċċuha. Minflok, qatluha u difnuha fil-kantina tal-forti. Xħin sar jaf li qatluha, de Nava ordna li jinqatlu dawk li qatluha. Imma l-mara baqgħet tidher bħala fatat.

Qtil u imħabba

Fit-12 ta’ Awwissu 1745 sinjur kbir li kellu ħafna artijiet, ingħata l-mewt għax instab ħati li qatel lil Marianna Scicluna, is-seftura tal-familja ta’ 16-il sena. L-ewwel fgaha u mbagħad qattagħha bċejjeċ biex jaħbi l-katavru tagħha.

Fil-qorti ammetta li qatilha għax kien imwerwer li l-mara tiegħu se ssir taf li Marianna kienet tqila b’tarbija tiegħu. Jingħad li l-ħares tagħha kultant għadu jidher sal-lum fid-dar fejn inqatlet fi Triq il-Kwartier, il-Birgu.

Fl-istess żmien tfajla Maltija kienet tħobb baħri Għarbi. Għamlu minn kollox biex iżommu l-imħabba tagħhom sigrieta għax ma kinetx aċċettata bl-ebda mod li Maltija Kattolika tħobb Għarbi Mislem u kienu jiġu persegwitati quddiem l-Inkwiżitur u kkastigati. L-imħabba tagħhom inkixfet u l-baħri ġie maqtul waqt li pprova jaħrab bl-għawm. It-tfajla qabżet il-baħar u għerqet miegħu. Fl-iljieli ta’ maltemp l-ispirti tagħhom jingħad li jidhru fil-bajja ta’ Tignè.

Iħirsa fil-Mediterran

Għarusa kellha kollox lest biex tiżżewweġ lir-raġel li kienet tħobb. Darba waħda bil-lejl Kavalier li kien ilu jixtieq jorqod magħha, ħatafha u stupraha. Ħassitha mkissra u li tilfet ġieħha u qatlet lill-Kavalier. Tressqet akkużata bil-qtil u nstabet ħatja u ngħatat is-sentenza tal-mewt. Qatgħulha xewqitha li tiżżewweġ lir-raġel li kienet tħobb qabel qatgħulha rasha. Jingħad li għadha tiġġerra bla ras bil-lejl mat-toroq tal-Imdina bil-libsa tat-tieġ tagħha.

Dawn l-istejjer u oħrajn jinsġu flimkien superstizzjonijiet, reliġjon, drawwiet soċjali ta' dak iż-żmien dwar vittmi ta’ mwiet vjolenti li ma jsibux mistrieħ id-dinja l-oħra u jibqgħu jidhru f’din id-dinja. Stejjer bħal dawn kienu jeżistu mal-Mediterran kollu fi żmien meta fin-naħa ta’ fuq tal-Ewropa kienu bdew jinxterdu l-ideat tal-Illuminiżmu bbażati fuq ir-raġuni u l-prova tal-fatti u mhux twemmin b’għajnejn magħluqa.
Saħħa u sliem.

Tiġġerra bla ras bil-lejl mat-toroq tal-Imdina bil-libsa tat-tieġ tagħha ( http://www.colourmytravel.com/mdinaghosttour.html)

15/01/2026

Il-jum it-tajjeb.
Fl-1536 Kavalier Ingliż, mimli rabja u ġelożija, qatel lill-mara Maltija li kienet ħabiba tiegħu billi nifdilha qalbha b’xabla. Fl-istess żmien, żagħżugħ li kien qed ihejji lilu nnifsu biex jieħu l-voti tal-faqar, tal-kastità u tal-ubbidjenza biex isir Kavalier, seraq oġġetti sagri.

Il-qattiel u l-ħalliel ingħataw is-sentenza tal-mewt billi rabtuhom ġo xkora u għarrquhom mil ‘il barra mill-Port il-Kbir. Alexander Sutherland jikteb dwar dawn iż-żewġ delitti kbar f’ ‘The Achievement of the Knights of Malta’ (Edinburgh – 1831).

Ġraw meta Didier de Saint-Jaille kien Gran Mastru ta’ Malta (1535-1536) bla qatt ġie Malta waqt il-ħakma tiegħu. Miet Montpellier fi Franza fejn kien mar għall-kura. Huwa l-uniku Gran Mastru (minbarra l-aħħar wieħed f’Malta Ferdinand Von Hompesch) li mhux midfun Malta.

Kriminali u vjolenti

Carmel Cassar f’ ‘Monks of Honour: The Knights of Malta and Criminal Behaviour in Early Modem Rome’ (2010) jgħidilna li għalkemm il-Kavalieri suppost kienu marbutin bil-voti tal-faqar, tal-kastità u tal-ubbidjenza, kienu jiksru dawn il-voti kontinwament. “Kienu privileġġjati, sinjuri, ċertament mhux verġni u spiss ma jobdux lis-superjuri tagħhom.” Spiss kienu vjolenti.

F’Lulju tal-1568, grupp ta’ Kavalieri Kastiljani, ikkundannati għax kitbu b’mod satiriku u pubbliku kontra l-Gran Mastru de Valette (1557-1568), daħlu fil-Palazz tal-Gran Mastru u għamlu ħerba fid-desk tal-Kanċillier tal-Ordni.

L-istoriku tal-Ordni, Fra Bartolomeo Dal Pozzo, jgħid li waqt ir-renju tal-Gran Mastru Jean Leveque de La Cassiere (1572-1582), l-akbar problema ma kinetx il-biża’ minn xi invażjoni Ottomana imma mill-imġiba ħażina tal-Kavalieri il-ħin kollu miġġildin ma’ xulxin.

Skandalużi u difensuri tar-reliġjon

Cassar jgħidilna li kien hemm drabi fejn il-Papa rtira l-appoġġ tiegħu lill-Ordni bħal meta fl-1599 l-Kavalier Fra Carlo Valdina ta daqqa ta’ ħarta lis-segretarju tal-Inkwiżitur f’Malta u l-Papa Klement VIII żamm mal-Inkwiżitur meta dan ħa passi legali kontra l-Kavalier.

Fl-1624 il-Ġiżwita Fioravanti, li kien il-konfessur tal-Papa Urbanu VIII irċieva rapport li ħafna mill-Kavalieri f’Malta kienu jġibu ruħhom b’mod “skandaluż”. Fl-1627 il-Papa ordna li l-Kavalieri m’għandhomx ikollhom konkubini. Imma ħafna mill-Kavalieri njorawh u żammew il-konkubini tagħhom. Kienu jġibru ruħhom ta’ nobbli li jħossuhom speċjali u superjuri fuq kulħadd.

Is-Santa Sede kienet taf x’pezza kienu l-Kavalieri imma kien jaqblilha tfaħħar lill-Ordni tal-Kavalieri u l-bandiera tiegħu ta’ salib abjad fuq sfond aħmar fil-gwerra favur ir-reliġjon Kattolika u kontra l-Iżlam. Is-Santa Sede kienet tippreferi lill-Ordni tal-Kavalieri fuq organizzazzjonijiet oħra.
Saħħa u sliem.


Rapport tal-1624: Ħafna mill-Kavalieri f’Malta kienu jġibu ruħhom b’mod “skandaluż”

01/01/2026

✨🖤✨
~Citrine~

Credit unknown via Pinterest

The shadow of the pilgrim is calling again...
10/12/2025

The shadow of the pilgrim is calling again...

👣 The Legend of the Shadow Pilgrim 👣

A strange thing happens in Praza da Quintana in Santiago de Compostela at nightfall, when the lights of the square are turned on. A shadow of a pilgrim appears as if projected on the wall of the Cathedral de Santiago.

The legend of the Shadow Pilgrim is well known in Santiago. Many say it is the shadow of the pilgrim who was a priest who met every evening with a nun from the Convent of San Paio de Antealtares, located next to the Praza.

The priest proposed to the nun in due course. The nun agreed and they planned to run away together to be free. Their plan was to meet at dusk to make their escape. The priest disguised himself as a pilgrim so as not to attract attention and patiently waited, but the nun failed at arrive.

The Shadow Pilgrim has never got over this loss and continues to come to the meeting point every night waiting in vain for his love.

If you pass by the square at night, you'll be able to see this strange phenomenon which, in right is a trick of light. Make sure to visit when you're in Santiago!

If you are planning a Camino, check out my Wild Camino Itinerary Planning. Let me take care of the mundane leaving you to enjoy the magic of the Camino.

Visit www.wildcamino.com/selfguidedjourney for details.

I'm also the author of 👣A Wild Woman's Guide to the Camino de Santiago 👣 where I share everything you need to plan your adventure of a lifetime.

To download your copy visit https://www.amazon.com/dp/B08ZYVCCQJ

Buen Camino 👣💚👣
Samantha

(C) Samantha Wilson 2024. All Rights Reserved.

02/12/2025

Il-jum it-tajjeb.
Ma riedx biki. Ma riedx kant. Ma riedx daqq. Ma riedx min isemmi lill-mejtin. Min jikser din l-ordni, għall-ewwel darba jingħata 25 daqqa ta’ frosta. Jekk jibqa’ ma jobdix u jiksirha t-tieni darba, jiġi eżiljat minn Malta għal dejjem.

Ma riedx viżtu aktar minn tliet ijiem ħlief minn dawk li jiġu direttament mill-mejjet. Dawk li jiksru din l-ordni u mhumiex qraba tal-mejjet jittiħdilhom kollox, anki l-ħwejjeġ ta’ fuqhom.

Hekk kienet tgħid l-ordni li ħareġ il-Gran Mastru La Sengle f’bandu tal-1555.

Emozzjonijiet perikolużi

L-awtoritajiet kien ilhom jippruvaw jikkontrollaw il-mod kif il-qraba tal-mejjet kienu juru n-niket u s-sogħba tagħhom fil-pubbliku, l-aktar waqt il-funeral. Imma anki wara.

L-awtoritajiet kienu jħossu li l-isplużjoni ta’ emozzjonijiet ta’ biki u twerżiq eżaġerat, li jqattgħu xagħarhom u ħwejjiġhom b’disprament imorru kontra t-twemmin fil-qawmien mill-imwiet u fil-ħniena ta’ Alla. Kienu jaraw ukoll theddida għall-ordni u l-paċi pubblika.

Meta l-Gran Mastru La Sengle ħareġ il-bandu, kienet drawwa li l-Maltin jibku u jwerżqu fil-funeral u jġibu l-bikkejja jwerżqu u jibku għat-telfa tal-persuna li mietet. Il-bikkejja li kienu jkunu nisa kienu jaqtgħu xagħarhom u jidfnuh mal-mejjet biex juru li hemm rabta bejn din id-dinja u d-dinja l-oħra.

Kattoliċi u pagani

Drawwiet oħra kienu juru taħlita mill-poplu ta’ Kattoliċiżmu mal-paganiżmu. Bħat-tkissir ta’ vażuni fid-dar tal-mejjet biex ikeċċu l-ispirti ħżiena.

Għal sekli sħaħ il-viżtu kien jintwera bil-qraba jilbsu l-iswed jekk huma sinjuri u jifilħu jħallsu għad-drapp miżbugħ iswed li kien ogħla minn drapp miżbugħ lewn ieħor.

Maż-żmien anki l-fqar setgħu jixtru drapp iswed li kien irħis. In-nisa ma kinux joħorġu mid-dar għal 40 jum. Kienu jilbsu faxxa sewda jekk kienu rġiel.

Għal tliet ijiem in-nisa ma kinux isajru għall-familja u l-ġirien u l-ħbieb kienu jġibulhom l-ikel.

Kienu jgħattu l-mirja u jdawru l-kwadri mal-ħitan wiċċhom ‘il ġewwa. Kienu jagħmlu faxxa sewda mal-bieb tal-mejjet.
Saħħa u sliem.

Gran Mastru midfun fil-kripta ta’ San Ġwann

15/11/2025

Il-jum it-tajjeb.
Darba waħda bil-lejl fl-1866 żagħżugħ Ingliż ta’ 25 sena stazzjonat Malta kien qed jgħum fil-baħar jipprepara ruħu għal tellieqa li kien se jieħu sehem fiha. Qarnita ġganteska qabditu, niżżlitu lejn il-qiegħ darbtejn.

Fl-aħħar salvawh dawk li kienu fuq id-dgħajsa jakkumpanjawh waqt l-għawma. Wara li tellgħuh raw li ġismu mtela’ dbabar kbar ħomor. Għamel jiem fis-sodda b’denì qawwi fuqu. Tgħidx kemm inxterdu qlajjiet fuq din il-ġrajja.

33 sena wara sar il-Gvernatur ta’ Malta (Sir Francis Wallace Grenfell) u mexxa bejn l-1899 u l-1903. L-avventura tal-waħx bejn il-qarnita ġganteska u l-gvernatur futur ta’ Malta ma kinitx l-unika ġrajja ta’ l-effett li l-baħar Malti kellu fuq it-truppi u l-baħrin li kienu jservu lill-Imperu Brittaniku minn Malta.

Ma kinux jafu jgħumu

Kellhom problema serja għax ftit biss minnhom kienu jafu jgħumu f’baħar mielaħ, miftuħ u perikoluż. Ħafna minn dawk li kienu jafu jgħumu kienu mdorrijin fix-xmajjar u fl-għadajjar kalmi mdawra bl-art.

Fl-1826 ħarġet ordni biex ħadd mir-riġment ma jinżel jgħum Marsamxett wara s-sitta ta’ fil-għodu u ħadd m’għandu jgħum ‘il barra mix-xatt. Regolarment kien hemm żgħażagħ suldati li jinżlu jgħumu u jegħerqu. Lis-suldati ma ridux iħalluhom jgħumu kemm għax riedu jsalvawhom mill-għarqa u mill-mard għax il-port kien fossa mimlija drenaġġ.

Fit-8 ta’ Mejju 1848 għereq suldat xħin kien qed jgħum ħdejn Sant Iermu. Suldat ieħor għereq miegħu xħin pprova jsalvah. Fl-1 ta’ Awwissu 1854 għerqu tliet suldati tad-Durham Light Infantry meta kienu qed jgħumu taħt il-Forti Ricasoli.

Għawm fit-taħriġ militari

Is-sitwazzjoni marret għall-aħjar meta l-mexxejja militari ddeċidew li t-tagħlim tal-għawm isir parti mit-taħriġ tas-suldati. Bis-saħħa t’hekk mhux biss salvaw il-ħajja ta’ ħafna minnhom iżda għenu biex jidħol l-għawm sportiv u anki jilgħabu l-waterpolo kontra l-Maltin. Għen biex l-għawm inxtered fost il-Maltin għax ħafna qabel kienu jibżgħu mill-baħar u kienu jarawh periklu u jżommu ‘l bogħod minnu.

Lill-armata Brittanika ġietha tajba li s-suldati tgħallmu jgħumu Malta. Meta kienet qed issir l-irtirata minn Dunkirk fl-1940 biex jaħarbu mill-armata ta’ Hi**er fit-Tieni Gwerra Dinjija u kien hemm barkun 100 metru l barra mix-xatt u ma setax jidħol eqreb, suldati Brittaniċi ma ddejqux jaqbżu l baħar b’kulma kellhom fuqhom għax kienu jafu jgħumu. Għamu lejn il-barkun. Kienu għamlu tliet snin jgħumu fil-baħar tal-Mediterran meta kienu stazzjonati Malta.
Saħħa u sliem.

L-istorja tal-qarnita li attakkat lill-futur gvernatur ta’ Malta xegħelet l-immaġinazzjoni tan-nies

Address

Your Malta Guide
Valletta

Telephone

99245904

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Ghost Walks Malta posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Practice

Send a message to Ghost Walks Malta:

Share

Share on Facebook Share on Twitter Share on LinkedIn
Share on Pinterest Share on Reddit Share via Email
Share on WhatsApp Share on Instagram Share on Telegram

Where History & Mystery Entwine

Combining my passion for real accounts based on historical facts and a keen interest on the dark stories that are found amidst our legends, folk, crime and the unexplained.

10 years... 10 mystery tours to choose from:

- Valletta: The Haunted Streets of Valletta - Valletta: L-Ispirti fi Strada Stretta - Mdina After Dark - Halloween Popular Haunts - Bormla & BirMula Experience - Misteri madwar il-Birgu - Cpar fic-Citadella - In-Naxxar bil-Lejl - Rahal Gdid & Tarxien: It-Tifel tal-Palazz - Il-Wahx taz-Zejtun

By request all year round, subject to availability.